Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
  • Iż-żgħażagħ

    X’qed tagħmel l-UE

    Iż-żgħażagħ fl-UE

    64% ipparteċipaw f’attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ f’dawn l-aħħar 12-il xahar
    48% ħadu azzjoni biex ibiddlu s-soċjetà (iffirmaw petizzjoni, ipparteċipaw f’dimostrazzjoni, jew kitbu lil xi politiku)
    74% jemmnu li l-edukazzjoni li ħadu tathom il-ħiliet diġitali meħtieġa biex jidentifikaw id-diżinformazzjoni

    L-oqsma ta’ azzjoni

    Opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex jagħmlu l-volontarjat jew jaħdmu fuq proġetti li jkunu ta’ benefiċċju għall-komunitajiet u għan-nies madwar l-Ewropa

    Il-kisbiet ewlenin

    • L-Erasmus+, waħda mill-aktar inizjattivi tal-UE li rnexxew, ipprovdiet lil miljuni ta’ żgħażagħ opportunitajiet biex jistudjaw, jitħarrġu, jagħmlu l-volontarjat, u jaħdmu barra minn pajjiżhom, filwaqt li tinkoraġġixxi l-iskambju interkulturali u l-iżvilupp tal-ħiliet.
    • Permezz ta’ inizjattivi bħas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ, u l-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ, l-UE ħeġġet liż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ċiviċi, fl-elezzjonijiet, u fit-tfassil tal-inizjattivi politiċi.
    • Bil-“Verifika taż-Żgħażagħ”, l-UE tixtieq tiżgura li, fil-fażi tat-tfassil tagħhom, l-inizjattivi politiċi tal-UE jagħtu kas tal-impatt fuq iż-żgħażagħ.
    • Il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati taż-Żgħażagħ tal-UE jinkludi organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, kunsilli nazzjonali taż-żgħażagħ, riċerkaturi fil-qasam taż-żgħażagħ, u rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-UE. Il-grupp jgħin biex jiġu skambjati l-għarfien u l-prattiki tajbin, jiffaċilita l-proċess tal-“Verifika taż-Żgħażagħ”, iwassal il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ, u jservi bħala grupp konsultattiv dwar inizjattivi konġunti li jkunu ta’ benefiċċju għaż-żgħażagħ.
    • Permezz tad-Djalogi maż-Żgħażagħ, iż-żgħażagħ jipparteċipaw b’mod attiv fit-tfassil tal-inizjattivi politiċi tal-UE flimkien ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livelli nazzjonali u tal-UE.

    Taħt il-lenti

    Eventi

    Din il-paġna ġiet rieżaminata l-aħħar: 1 Diċembru 2025